Jitħabbru s-Semifinalisti Għal Mużika Mużika 2022
- Festivals Malta

 - Nov 15, 2021
 - 1 min read
 
Updated: Nov 19, 2021
Ara liem kanzunetti għaddew għall-festival ta’ Marzu li ġej

Il-bieraħ il-Ħadd 14 ta’ Novembru, il-35 kanzunetta magħżula għal Mużika Mużika 2022 għaddew mill-fażi eliminatorja permezz ta’ live auditions quddiem seba’ membri tal-ġurija ġodda.
Din is-sena, il-festival kellu 170 sottomissjoni, ammont ikbar minn dak tas-sena li għaddiet, kif kien mistenni wara s-suċċess li ġab miegħu l-festival f’Marzu li għadda. Kull sottomissjoni ġiet evalwata u għaddiet mill-ewwel fażi eliminatorja fejn intagħżlu 35 kanzunetta. Dawn ġew interpretati live flimkien ma’ backing track il-bierah ġewwa l-Valletta Campus Theatre, l-Belt Valletta, fejn minnhom intgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista.
“Din is-sena, bħal dik ta’ qabel, kellna sottomissjonijiet ta’ livell għoli ħafna, prova ċara li tkompli ssaħħaħ il-fatt li Malta hawn talent abbundanti, bil-livell dejjem jiżdied u nemmen li kienet deċiżjoni diffiċli ħafna għall-ġurija tagħna. L-20 kanzunetta li ser taraw f’Marzu li ġej kollha għandhom element u ħoss partikolari li jġagħlek tapprezza d-diversita’ li kapaċi toffri l-mużika Maltija. L-udjenza tagħna għandha għal xiex tkun ħerqana għal din l-edizzjoni li jmiss,” qal ic-Chairman ta’ Mużika Mużika, Raymond Bugeja.
Issa li ġew imħabbra l-20 kanzunetta semifinalista, it-tim ta’ Festivals Malta ser ikun qed jaħdem fuq il-fażi li jmiss ta’ produzzjoni u loġistika. F’Diċembru, ser jitħabbar ir-rebbieħ tal-programm televiżiv Mużika Mużika – Il-Vjaġġ Ikompli, li ser jingħaqad mal-kanzunetti l-oħra waqt il-festival li ser isir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2022.
Il-kanzunetti semifinalisti huma (F'ordni alfabetika skond l-isem tal-kanzunetta):



Comments