top of page
Writer's pictureFestivals Malta

Tiġi stabbilita l-Aġenzija Festivals Malta

Updated: Aug 2, 2019



Permezz ta’ Avviż Legali, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, stabbilixxa l-Aġenzija Festivals Malta.

L-aġenzija se tkun qiegħda timplimenta l-għanjiet u twettaq dawk il-funzjonijiet kollha stabbiliti biex toħloq, iżżomm, torganizza, tamministra u tissorvelja l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ portafoll ta’ avvenimenti kulturali artistiċi u internazzjonali, festivals u proġetti tal-infrastruttura kulturali.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-pass jitratta b’mod sħiħ l-istrateġija ta’ dan il-gvern fejn jidħol is-settur kulturali. “Permezz ta’ din il-miżura, aħna qegħdin nassiguraw li nipprovdu lil Festivals Malta bl-aħjar għodod u strumenti adattati biex tkun aktar faċli għall-pubbliku biex imur il-festivals, tiżdied il-parteċipazzjoni, u jkun hemm aktar involviment ta’ udjenzi. Qegħdin ukoll insaħħu l-professjonalizzazzjoni fi ħdan is-settur, filwaqt li naħdmu aktar lejn l-iżvilupp tal-marka u l-immaġni ta’ pajjiżna fuq livell internazzjonali bħala niche li qed tikber fit-turiżmu kulturali,” qal il-Ministru Bonnici.

B’dan l-Avviż Legali, Festivals Malta, li sal-lum kienet topera bħala brand, issa se jkollha personalità legali distinta u se tilħaq il-miri tagħha bit-twettiq, fost l-oħrajn, ta’ funzjonijiet bħal li tipprovdi l-pjattafroma xierqa sabiex issostni t-tkabbir u l-iżvilupp tal-portafoll ta’ festivals eżistenti.

Is-Sur Norman Hamilton se jkun l-ewwel Chairperson.

L-aġenżija se tipprovdi wkoll livelli ta’ eċċellenza fl-eżekuzzjoni ta’ avvenimenti u festivals, tibni fuq il-portafoll attwali ta’ festivals u avvenimenti billi tintroduċi ideat ġodda u kif ukoll innovazzjoni u żżid l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-udjenza permezz tal-funzjonijiet tagħha.

Festivals Malta għandha wkoll r-rwol li tiżviluppa l-portafoll tal-festivals f’pjattaforma kreattiva kontinwa għall-artisti Maltin u internazzjonali u operaturi kreattivi permezz tal-kummissjoni ta’ xogħol ġdid fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet u festivals tal-arti nazzjonali u internazzjonali, filwaqt li tkompli tiżviluppa l-parteċipazzjoni fuq livell lokali b’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u tiżviluppa strateġiji distinti għal kull festival biex iżżid l-involviment tal-pubbliku.

L-aġenzija se tinkoraġġixxi wkoll kalendarju nazzjonali tal-arti u l-kultura, li joffri programm konsolidat u jixpruna sinerġiji, impatt u allinjament akbar f’organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi u privati.


PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, CULTURE AND LOCAL GOVERNMENT

Establishment of the Festivals Malta Agency

By way of a Legal Notice, the Ministry for Justice, Culture and Local Government, has established the Festivals Malta Agency.

The agency is to implement the objectives and perform all those functions established to create, maintain, organise, administer and oversee the organisation and implementation of a portfolio of national and international cultural and artistic events, festivals and cultural infrastructural projects.

Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici said that this step fully encapsulates the strategy brought forward by this government when it comes to the culture sector. “Through this measure, we are ensuring to provide Festivals Malta with the right tools and enablers, to make it easier for the public to attend festivals and increase participation, audience engagement and outreach. We are also strengthening professionalisation within the sector and furthermore working towards developing the brand and our image internationally as an expanding cultural tourism niche,” Minister Owen Bonnici said.

Through this Legal Notice, Festivals Malta, which up till now operated as a brand, will now have a distinct legal personality and will achieve its objectives by performing functions such as providing the right platform to sustain growth and development of the existing festivals portfolio.

Mr Norman Hamilton will be its first chairperson.

The agency will also deliver levels of excellence in the execution of events and festivals, build on the current festivals and events portfolio by bringing new ideas and innovation, and further dialling up audience engagement and participation, through its functions.

Festivals Malta is also tasked with developing the festivals portfolio into an ongoing creative platform for Maltese and international artists and creative practitioners through the commissioning of new work in partnership with national and international arts organisations and festivals, and whilst also increasing participation locally through outreach activities and develop distinctive strategies for each festival to increase engagement.

The agency will also encourage a national arts and culture calendar, offering a consolidated programme and driving greater synergies, impact and alignment across public and private cultural organisations.

111 views

Comments


bottom of page